christmaspage

 

 


SLOVAKKJA


Is-Slovakki ghandhom hafna tradizzjonijiet konnessi mal-festi tal-Milied.  Per ezempju dak kollu li wiehed jaghmel f’dan il-jum jirrifletti dak li ser jaghmel matul il-bqija  tas-sena li tkun ghadha gejja. Hadd ma jislef xejn lil hadd f’dak il-jum ghaliex b’hekk il-propjeta’ tal-familja tisfa’ mislufa kollha u ma jkollu xejn tieghu, u skond kif jghid il-proverbju malti min jislef jitlef. Din hija aktar superstizzjoni milli tradizzjoni, pero’ hija wahda mit-tradizzjonijiet li tinghad f’dawn il-jiem.

Fil-jiem tal-Milied kienet uzanza mifruxa ma’ l-Ewropa kollha li jinxtghelu l-hgejjeg, izda aktar tard postha haduhulha  n-nar tax-xemghat bhala tikfira ta’ dawk li telqu u ma ghadhomx jghixu maghna. Eventwalment dawn ix-xemghat kienu nkorporati bhala tizjin fis-sigra tal-Milied li waslet fis-Slovakja mill-Germanja u l-Awstria f’nofs is-seklu 18.  Is-sigar huma tradizzjonalment imzejna bit-tuffieh, dekorazzjonijiet ta’ l-injam mahduma fid-djar, oggetti ta’ l-ikel mahduma bl-ghasel f’forma ta’ angli u helu iehor b’simboli religjuzi, barra s’intendi x-xemghat. Is-sigra tal-Milied tibqa’ imzejna sas-6 ta’ Jannar il-festa tat-Tre Re meta mbaghad it-tfal jithallew jiehdu il-helu li jkun imdendel mas-sigra.

 It-tradizzjoni tal-presepju ghandha gheruqha fis-Slovakja. Il-pasturi jew figuri kienu mahduma mill-injam u karta jew permezz ta’ xeni mpingija bil-kuluri ta’ l-ilma (water colour). L-aktar qodma nsibuhom gejjin mit-tieni nofs tas-seklu 18. Maghruf bhala xoghol sabih hafna u apprezzat dak  mahdum fir-regjun ta’ Banska Stiavnice u Orava.

Matul iz-zmien tal-Milied il-kantanti ta’ l-innijiet tal-Milied kienu jgorru dawn il-presepju minn dar ghal dar, izda dawk kbar kienu parti mit-tizjin tal-Milied fid-djar.

L-ikla tradizzjonali tal-Milied tikkonsisti f’wejfers bil-ghasel jew tewm, soppa tal-kabocci biz-zalzett u l-faqqieh, hut b’insalata tal-patata, tuffieh, u gallettini tal-Milied.

Wara li l-familja tghid it-talba, jinxtghlu x-xema u hekk jibqghu mixghula matul l-ikla. Hadd kien jqum mill-mejda qabel kulhadd ilesti ghax min jaghmel hekk ikun ifisser li l-mewt ser izurhu fil-qrib.

Wara li kulhadd ikun kiel tingieb xema’tixghel u tinghata lil aktar persuna anzjana fil-familja biex jitfilha l-fjamma. Jekk id-duhhan jitla’ ‘l fuq ikun ifisser risq, jekk jinzel ‘l isfel sfortuna u li fi zmien sena jitlaq ghad-dinja l-ohra. Ix-xema terga’ tigi mixghula u tghaddi ghand ta’ warajh biex jitfiha u hekk tibqa’ sejra sakemm il-persuni kollha jitfghuha biex jaraw xortihom.

Fl-ahhar tinghad it-talba ta’ radd il-hajr u jkun hawn li l-persuni tal-familja jistghu jqumu u jhallu posthom.

 Ma jonqosx li s-Slovakkji jiccelebraw dawn iz-zminijiet ta’ ferh bil-kant (carol singing) Dan isir fil-familji. Fi zmien mhux imbieghed hafna l-“carol singing” kien isir barra, minn dar ghal dar. Originarjament il-kant kien ikun xewqat tajba fis-sahha u fil-gid ghas-sena li tkun ghadha gejja. B’dan il-mod hafna minn dan il-kant sab ruhu jifforma parti mill-festival religjuz assocjat mal-Milied.

Il-muzika tal-Milied sviluppat f’xoghlijiet elaborati li jitkantaw mill-korijiet tal-knejjes matul zmienil-Milied, jigifieri minn lejlet il-Milied sat Tre Tre. Dawn huma maghrufa bhala l-Pastorales. Xi whud minnhom jindaqqu wkoll matul l-Avvent. Dan iz-zmien huwa periodu fejn il-poplu slovakk jghaddi minn esperjenza li tehilsu mill-problemi ta’ kuljum.

presepju armat barra l-knisja ta' San Nikola gewwa Presov - Slovakja

wiehed mill-presepji tal-belt ta' Presov - Slovakja

Make a free website with Yola