christmaspage

 

SPANJA

Fi Spanja tezisti tradizzjoni fejn ma ssibha ebda mkien iehor. Isiru hgejjeg kbar u n-nies taqbez minn fuqhom bhala sinjal ta' protezzjoni kontra l-mard. Din it-tradizzjoni taf il-bidu taghha minn qabel il-festi tal-Milied, ghaliex kienet tinzamm fl-21 ta' Dicembru, b'tifkira ta' l-iqsar jum tas-sena u l-bidu tax-xitwa.

L-aktar tradizzjoni komuni hija il-presepju u s-sigar tal-Milied. Is-swieq f'dawk il-jiem kollha jkollhom ghall-bejgh frott, fjuri, marzipan u helu iehor flimkien ma' rigali ohra tal-l-okazzjoni. Wara t-twieqi jinxteghlu lampi zghar taz-zejt. Hafna huma dawk li jattendu ghall-quddiesa ta' nofs il-lejl, li famuza ghaliha huwa l-kunvent tal-Patrijiet ta' Monserrat, qalb l-gholjiet hdejn Barcellona. Jispikka hafna il-kor tat-tfal li jkanta ghanjiet tal-Milied.

L-ikla tal-Milied issir wara l-quddiesa ta' nofs il-lejl. Wara jkun hemm il-kant ta' l-ghanjiet taht is-sigra tal-Milied u dan il-ferh jibqa' sejjer sa filghodu kmieni. Jum il-Milied jghadduh fil-knisja u aktar celebrazzjonijiet esterni. Komuni hafna hija li jaghmlu bandla fil-btiehi u jitbandlu ghall-kant ta' l-innijiet ferrieha.

Fi Spanja Santa Klaws ma hux persuna maghrufa. Floku hemm persunaggi tat-tlett reijiet li jqassmu r-rigali taghhom lit-tfal. Dan jibqa' sejjer mill-25 ta' Dicembru sa l-Epifanija. Fl-Epifanija jsiru parati f'hafna ibliet fejn jitqassam helu lil follol kbar ta' tfal.

Dehra komunissima li tara t-tlett rejiet fi Spanja jzur orfanatrofji, u sptarijiet etc fejn jaghtu rigali lit-tfal wara li dawn ikunu mlew iz-zraben taghhom bit-tiben. L-aktar li ghandhom grazzja it-tfal huwa mal-persunagg ta' Baltazar.

 

 

 

Make a free website with Yola