christmaspage

 SVEZJA

 

 

Il-Milied gewwa l-Isvezja jibda fit-13 ta’ Dicembru, jum il-festa tal-qaddisa Santa Lucia. F’xi zmien l-akbar tifla fil-familja kienet tilghab il-parti ta’ Santa Lucia billi tilbes libsa bajda b’terha hamra u fuq rasha ixidd kuruna ta’ seba’ xemghat jixghelu biex tixbah lill- qaddisa li skond il-leggenda kienet ukoll igorr kuruna ta’ xemghat jixghelu biex jaghtuha d-dawl filwaqt li idejha kienu jibqghu liberi biex iggorr l-ikel li kienet tqassam lil insara persegwitati. Hekk kif jibda’ jisbah, hija kienet tqassam kafe’ lill-membri tal-familja taghha flimkien ma’ helu iehor, filwaqt li tkanta l-kanzunetta taljana, tant popolari “Santa Lucia”. Hadd ma jaf ghaliex din il-qaddisa hija popolari gewwa l-Isvezja, imma hu mahsub li xi missjunarji gabu l-istejjer ta’ hajjitha biex jaghmlu l-qalb lill-poplu svediz. Din it-tradizzjoni ta’ Santa Lucija hija wahda hajja hafna gol-pajjiz.

 Ma jonqosx li kwazi kull familja jkollha s-sigra tal-Milied taghha li tigi mzejna b’oggetti jlellxu u d-dawl eletriku ta’ bozzoz zghar. Il-qofol ta’ dawn il-festi jilhqu l-quccata taghhom lejliet il-Milied. Il-familji jingabru ghal-ikla tal-Milied u jibdlu rigali bejnithom. Dawn ic-celebrazzjonijiet jintemmu fil-jum tat-13 ta’ Jannar il-festa ta’ San Kanut, ir-re ta’ L-Isvezja meta s-sigar tal-Milied tintemmilhom hajjithom.

 In-nies ta’ l-Isvezja jattendu c-celebrazzjonijiet religjuzi kmieni hafna fil-jum tal-Milied. Fiz-zmien l-imghoddi huma kienu jingabru fuq is-slitta taghhom u b’girja wahda jerhulha lejn il-knijsa. Kienu jemmnu li min jasal l-ewwel kien ser igawdi minn gid kbir fis-sena l-gdida.

Tradizzjoni ohra li ghandha gheruq imqabbda sewwa hija l-girlanda tral-Milied migjuba fis-sena 1920 mill-Germanja. Erba’ xemghat imwahhla f’erba’ bokkini jigu mzejna bil-haxix u kull Hadd ta’ l-Avvent tinxteghel xema sa ma jasal il-Milied. Anke l-kalendarji tal-Milied huma popolari hafna. Dawn huma kalendarji b’24 tieqa, kull wahda tirrapresenta gurnata qabel il-festa tal-Milied. Meta t-tifel jew tifla tiftah it-tieqa dawn isibu xi helwa jew episodji qosra ta’ storja li flimkien jiffurmaw novella. Sa ftit taz-zmien ilu d-dekorazzjonijiet tal-Milied gewwa l-Isvezja kienu x’aktarx rurali. Dawl abjad huwa preferut ghal dak kulurit, infatti hafna huma s-sigar tal-Milied imzejna b’dawl abjad biss. Hija uzanza li s-sigra tal-Milied tintrama lejliet il-Milied.  Bhal f’kull celebrazzjoni ohra l-ikel huwa c-centru ta’ din il-festa. Fuq il-mejda tal-Milied wiehed  jsib ikel, xorb u helu tradizzjonali tal-festa

Make a free website with Yola