christmaspage

 

SVIZZERA

 

Fil-5 ta' Dicembru, lejliet il-festa ta' San Nikola, il-villagg zghira ta' Kussnacht, ikun mizghud bid-dawl ta' madwar mitejn mitra ta' isqof enormi u trasparenti, li jilbsu grupp ta' irgiel jiltljjaw mat-toroq tar-rahal. Dawn il-mitri li xi whud minnhom ikun sitt metri twal, huma disinjati artistikament, maqtugha fil-kartun u gewwa jkollhom xema tixghel. L-irgiel jilbsu ilbies abjad u jxiddu f'rashom dawn il-mitri. Ma jonqosx li t-toroq jidwu bil-hsejjes ta' qniepen tqal marbuta ma' ghonq rgiel ta' sahha, il-hoss tal-banda u daqq tal-hornijiet. Wiehed jistghageb kif dawn l-irgiel jirnexxilhom izommu ix-xema milli tqattar fuq rashom u kif jipprevenu li l-kartun ma jiehux in-nar.


F'jum San Nikola it-tfal ta' l-iskola gewwa Glarnerland jinzlu fit-toroq tal-villag idoqqu kull tip u kobor ta' qampiena, kultant flimkien kultant bl-adocc. Il-qniepen jaghtu sinjal lil abitanti tal-villagg biex joffru xi rigal. Dan ma jonqosx u t-tfal jinghataw rigali generalment ta' xi ikel jew xorb.


Fil-villagg ta' Hallwil sebghat ibniet ta' bejn it-13 jew l-14 il-sena jzuru lill-familji tal-villagg. Wahda minnhom taghmilha tat-tfajla tal-Milied filwaqat li s-sitta l-ohra jakkumpanjawha. It-tfajla tal-Milied tilbes abjad filwaqt li shabha jilbsu ilbies rosa. Mat -tahbita fuq il-bieb, it-tfajla tal-Milied tawgura il-festi t-tajba u tqassam xi helu lit-tfal tal-familja filwaqt li shaba jkantu xi innu tal-Milied.


L-ahhar Hamis ta' qabel il-Milied it-tfal ta' Weinfelden jimxu fil-toroq b'haxix imzejjen. Iz-zkuk taghhom itaqbuhom biex jixgheluhom bix-xema tan-nahal. Wara li jkantaw innijiet tal-Milied fil-pjazza tar-rahal, it-tfal jerhulha ghal iskola fejn jixorbu u jieklu bhala sinjal ta' ferh. Fl-istess hin l-adulti jmorru fit-taverni jew cafejiet biex bhalhom jinghaqdu f'atmosfera ta' festa fejn l-ikel u x-xorb ikunu abbundanti.


Fil-villagg ta' Ziefen, hafna zaghzagh guvintur jimxu tul triq tradizzjonali kull lejliet tas-sena. L-itwal guvni jilbes baffi bajda u jkun hu li jmexxi din il-processjoni filwaqt li jgorr xkora bil-gmied f'tarf ta' lasta twila. Kull min tigih il-kurzita ta' dan kollu, jispicca biex jibda jimsah il-gmied minn fuq wiccu. Il-partecipanti kollha jilbsu kowtijiet akbar mill-qies taghhom u jilbsu kappell twil iswed fuq rashom. Hafna minn dawn il-kpiepel ikunu aktar minn sitt piedi twal. Relattivament din il-forma ta' korteo hija timida hdejn dak li kien jigri fil-bidu tas-seklu 19, meta c-celebrazzjonijiet kienu jiehdu dehra selvagga.


Dak li jsehh fil-belt ta' Laupen qrib Bern huwa tabilhaqq tal-genn. Originarjament ic-celebrazzjonijiet kienu jsiru lejliet il-Milied u ghalkemm l-awtorita' ghamlet hafna biex isiru illegali qatt ma irnexxilha. Madanakollu l- kappillan irnexxilu li jdawwar id-data biex dawn isiru lejliet l-ewwel tas-sena.


Wara li jaqa' id-dlam lejliet l-ahhar tas-sena, it-tfal ta' l-iskola jiongabru fi tlett gruppi u jiltaqghu fuq l-gholja tal-kastell tal-lokal biex jipprocedu lejn il-villagg. L-ewwel grupp ikunu id-daqqaqa tal-qniepen li jbandlu qniepen kbar li l-hoss taghhom jinstema minn boghod kbir.


Imbaghad jigu warajhom il-grupp ta' zaghzagh li jgorru skupi twal . Dan il-korteo jimxi fit-triqat u jkanta ghanja mqabbla lit-tmiem is-sena filwaqt li jixtieq awguri ta' sena tajba lin-nies li jkunu qed jarawhom. Sa hawn kollox jidher normali izda meta lejn tmiem il-korteo iz-zaghzagh ta' l-iskupi u shabhom jibdew jaghtu bihom lill- folla sakemm kollox isir bicciet hija xi haga li tbezzek.


Wiehed ikollu jammetti li folkor bhal dan fl-Isvizzera jaghti gost lil minn jarah sakemm hu niffsu ma jkunx parti mill-ispettaturi fil-pjazza.

 

Make a free website with Yola