christmaspage

UKRAINA

 Il-Milied gewwa l-Ukraina huwa osservat skond il-kalendarju Guljan. Ghaldaqstant lejliet il-Milied jahbat fis-6 ta' Jannar u jintemm bil-festa ta' l-Epifanija fid-19 ta' Jannar. hawnhekk il-Milied jigi ccelebrat jew fil-25 ta' Dicembru skond il-kalendarju Gregorjan u kif inhi t-tradizzjoni Kattolika Rumana jew fis-7 ta' Jannar skond it-tradizzjoni Ortodossa jew il-kalendarju Guljan. Ghal din il-festa n-nies ihejju ruhhom permezz tas-sawm ghal erba gimghat jigifieri meta jibda r-Randan jew kif isejhulu PYLYPIVKA kif ukoll jaghmlu tindifa generali ta' djarhom.

 Ic-Cena Mqaddsa jew is-SVIATA VECHERA hija l-aktar haga mportanti ta' lejliet il-Milied. Ic-ceremonja tibda meta it-tfal jaraw l-ewwel kewba fis-sema li tfisser il-bidu tal-mixja tat-Tlett Ghorrief. Fejn hemm komunita' agrarja, il-kap tal-familja jdahhal go daru d-DIDUKH jew qatta qamh mill-gbir ta' dik is-sena biex tirrapresenta l-importanza tal-hsad gewwa l-Ukraina.

 Din il-qatta qamh tkun imzejna bil-fjuri weraq tar-rand u cfuf u tkun mqieghda taht xbiha qaddisa fir-rokna tal-kamra ta' l-ikel. Tirrapresenta ukoll il-membri tal-familja dawk presenti, dawk li mietu u dawk li ghad iridu jigu. Xi ftit tal ikun imxerred fl-art jew fuq it-tvala tal-medja bhala tifkira tal-maxtura ta' Betlem. Fid-djar ta' l-ibliet il-qamh jitqieghed go vazett biex izejjen il-kamra.

 Fuq il-mejda jitqieghed il-KOLACH jew hobz b'xema tixghel biex ifisser li Kristu u l-ikel tar-ruh u dawl ghad-dinja. Din ic-cena tibda b'talba u l-aktar anzjan jintona innu tal-Milied li ghalih il-membri tal-familja iwiegbu: "Ejjew Nadurawh." Ikun hemm tnax-il dixx ta' ikel. Fi tmiem l-ikla jitkantaw xi innijiet ohra tal-Milied. IL-kant tal-Milied hija tradizzjoni antika hafna gewwa l-Ukraina u ghadha hajja fost hafna komunitajiet. Zaghzagh jew membri tal-knisja jieqfu quddiem id-djar jkantaw u jigbru fondi ghall-karita'.

 Gewwa din l-art is-servizz fil-knejjes jibdew qabel nofs il-lej f'lejliet il-Milied u jibqghu sejrin sal-Milied filghodu. Hawn it-tfal jistennew lil Father Frost jew Santa Klaws taghhom biex igibilhom ir-rigali. Jinghad li huwa ikun assist minn karattru iehor ,maghruf bhala Snowflake Girl liebsa kostum blu li t-truf taghha huma tal-fur abjad. Fuq rasha hi tilbes kuruna tas-silg.

Make a free website with Yola