christmaspage

 

UNGERIJA

 

 Il-Milied fl-Ungerija tista' tghid jibda jinhass sa mill-bidu ta' l-Avvent.


Fl-bidu ta' l-Avvent l-Ungerizi jaghmlu jew jixtru il-Girlanda. Din titpogga fuq il-mejda u jzejnuha b'erba xemghat li jfissru l-erba t'Hdud ta' qabel il-Milied. Il-kulur tax-xema hu vjola bhala sinjal ta' penitenza u konverzjoni u wahda rosa sinjal li l-migja ta' Kristu hi fil-qrib. Skont tradizzjoni ohra x-xemghat jippresentaw erba angli ta' l-erbat iHdud: l-ewwel anglu liebes il-blu jersaq lejn il-poplu li ghadu tant impenjat fi hwejjeg ta' din id-dinja biex iheggu jipprepara ruhu ghall-migja tal-Messija matul iz-zmien ta' l-Avvent; it-tieni anglu liebes l-ahmar jgorr recipjent mimli imhabba li ghandu jkun hemm fil-qlub tal-bnedmin u li jsehh biss mea fil-qalb tal-bniedem jghammar Kristu; it-tielet anglu liebes l-abjad jmiss qlub il-bnedmin biex ixerrdu l-imhabba; ir-raba anglu liebes il-vjola jkanta messaggi ta' paci mwieghda biss lil dawk li jaghmlu r-rieda t'Alla. Ix-xemghat tal-Girlanda jinxteghlu wahda kull hadd sakemm meta jkun qorob il-Milied ikunu mixghula kollha.  Madwar il-Girlanda l-familja tingabar ghal xi talb u kant ta' l-innijiet tal-Milied.


F'nofs l-Avvent tigi celebrata l-festa ta' Santa Lucija. Hafna uzanzi u superstizzjonijiet twieldu f'dan il-jum tat-13 ta' Dicembru, forsi ghaliex in-numru 13 hu wiehed ta' sfortunata jew ghaliex it-13 il-jum ta' Dicembru huwa l-itwal jum tas-sena u allura skont xi whud l-ispirti hziena u shahar ghandhom aktar hin jitlajaw matul il-lejl.


Ghat-tfajliet pero, dan hu jum li fih jippruvaw jaqraw min ser ikun il-futur ragel taghhom. F'dan il-jum fih jiktbu hdax-il isem differenti ta' subien fuq 11 il-bicca karta. Fuq it-tnax-il karta ma jiktbu xejn; ihalluha vojta. Imbaghad jirromblawhom kollha u jqieghduhom f'kaxxa. Kuljum filghaxija sal-jum ta' l-24 ta' Dicembru johorgu romblu wiehed u taharqu bla ma tara l-isem li jkun hemm miktub fih. Tista tara biss il-kitba ta' l-ahhar karta, dik li tibqaghlha fl-ahhar jum, jigifieri 24 ta' Dicembru. Dak ikun isem il-futur zewgha. Jekk l-ahhar karta tkun dik vojta, allura ikun ifisser li hi ma ser tizzewweg qatt.


Xi uhud jaqraw is-sinjali tat-temp u jinnotaw kollox fuq karta matul il-jiem ta' bejn it-13 ta' Dicembru u l-24 ta' Dicembru biex imbaghad ikun jistghu ibassru t-temp ghax-xhur tas-sena li tkun gejja. Din hija l-istess haga li ghalina l-Maltin nafuha bhala l-irwiegel.


Jinghad ukoll f'dan il-jum jekk wiehed irid igawdi l-prosperita' fis-sena li tkun riesqa, wiehed ma ghandux jonfonqx anqas sold dak in-nhar u jekk xi hadd jaghtik xi flus f'dak il-jum ikun ser ikollu success fis-sena ta' wara. Sinjal iehor tradizzjonali huwa l-fatt li jekk wiehed jizra' il-qamh fuq xi plattina f'dan il-jum u dan jikber sod u wieqaf, ikun ifisser il-gid . Jekk le ser tghaddi mill-faqar.


Hafna mit-tradizzjonijiet Ungerizi ghebu fix-xejn izda xi uhud baqghu jezistu fil-villaggi.
L-aktar tradizzjoni li ghadek tiltaqa' maghha huwa d-dramm ta' Betlem. Xi jiem qabel gruppi ta' subien jmorru minn dar ghal dar b'mudell tas-Sagra Familja. Huma jirrectaw dramm qasir fuq il-Bambin Gesu' u jkantaw xi innijiet u jaqraw anke peoziji. Dawn il-gruppi ikun liebes il-kostum. Din l-uzanza hija dokumentata sa mis-sena 1600. Xi uhud li jixtiequ li tradizzjonijiet bhal dawn ma jinqerdux huma determinati li jhegguhom halli jergghu jiehdu l-hajja.


Kuntrarju ghal dak li jsir f'xi pajjizi fejn is-sigra tal-Milied tkun ilha imzejna u tixghxel sa minn zmien qabel, il-familja Ungeriza zzejjinha lejliet il-Milied. Barra t-tizjin normali, jizdiedu wkoll cikkulatini imgezwra f'karta tal-fidda vivaci u kulurita. Wara li s-sigra tal-Milied tinxteghel, t-tfal jifthu r-rigali li l-genituri taghhom ikunu qieghdu taht is-sigra u jkomplu jiccelbraw lejliet il-Milied flimkien. Il-familja kollha tippartecipa f'ikla tradizzjonali li fiha ma jittikilx laham. Normalment ikun dixx ta' hut imsajjarL-ghada jigifieri fil-jum tal-Milied it-tfal jattakkaw il-parti li titiekel tas-Sigra tal-Milied. Skont it-tradizzjoni Ungeriza r-rigal tal-Milied igibu Gesu' Tarbija filghaxija. Hemm uhud li jemmnu li hu Santa Claus li jgib ir-rigali, pero' dawk religjuzi jimxu mat-tradizzjoni tat-tfajjel Gesu. Hafna huma dawk li jattendu ic-celebrazzjoni ta' bil-lejl.


Uzanza ohra tradizzjonali kienet it-tberik ta' l-imbid li normalment kienet issir fil-festa ta' San Gwann fis-27 ta' Dicembru. F'dan il-jum il-familji kienu jiehdu l-imbid fil-knisja u s-sacerdot kien ibierku. Johduh maghhom id-dar u kienu jzommuh bhala devozzjoni ghax permezz tieghu kienu jemmnu li jitfejjaq il-mard.

Make a free website with Yola