christmaspage

VENEZWELA

 

 

 Fil-Venezwela l-entuzjazmu tal-Milied jibda jinhass fis-16 ta’ Dicembru meta il-familja johorgu l-presepju u jqeghduh f’post li jkun jista’ jitgawdu mill-membri tal-familja u jfakkarhom fil-misteru tal-Hanin Alla li baghat lil Ibnu ghas-salvazzjoni tal-bnedmin. Bejn is-16 u l-24 Ta’ Dicembru hafna jattendu servizz fil-knisja filghodu kmieni, imsejjah Misa de Aguinaldo jigifieri l-Quddiesa ta’ kmieni filghodu.

Fil-kapitali hija uzanza li hafna jmorru bl-iskates ghal dan is-servizz u bosta nhawi jaghlqu t-toroq taghhom ghat-traffiku sat. 8.00 ta’ filghodu. Wara l-quddies kulhadd jintasab wara mejda jiekol hobz mixwi (toast) u jixrob il-kafe’. Hija uzanza li wiehed jattendi xi wiehed mis-servizzi ta’ kant li jinzammu matul in-novena tal-Milied.

 Il-familji jattendu ghall-quddiesa tal-lejliet il-Milied biex wara jirrtornaw lura gewwa djarhom u hemm jieklu ikla tajba u tradizzjonali.

Fis-6 ta’ Jannar it-tfal kollha jqumu u jiskopru li dak it-tiben li hallew hdejn is-sodda l-lejl ta’ qabel gheb u floku jaraw rigali li huma jemmnu li gabulhom it-tlett slaten Magi. Huma, imbaghad, jmorru quddiem il-mera biex jaraw jekk ghandhomx xi tebgha sewda fuq wicchom billi jemmnu li din tkun bewsa li r-re-Baltassar, sultan ta’ l-Etiopja jkun tahom waqt li kienu reqdin.

Make a free website with Yola