christmaspage

 

 

 

 Il-Milied huwa wiehed mill-erba' festi importanti gewwa l-Vietnam. Huwa ccelebrat bhala t-twelid ta' Gesu' Kristu maghruf hawnhekk bhala "Kito." Din il- festa hija iccelebrata b'ferh u entuzjazmu kbir, minkejja l-fatt li l-Buddizmu hija r-religjon dominanti fil-Vietnam u l-Kattilicezimu hija fil-minoranza.

 Originarjament il-Kattolici kienu jiffurmaw popolazzjoni zghir fil-pajjiz imma kienu jiccelebraw il-Milied b'mod pacifiku sa minn zmien il-hakma Franciza. Imma dan kollu tbiddel mal-wasla tal-Komunizmu fis-sena 1975. Minhabba li dawn kienu atei qatt ma setghu jmorru tajjeb mal-knisja kattolika u l-Milied beda jkun imhares b'mod privat. Madankollu meta fis-sena 1980 kienet addottata politika liberali, il-Vjetman rega' giet influenzat minn idejali tal-punent.

Dan ghen hafna biex il-Milied jerga' jsib postu. Din il-festa hija celebrata minn kwazi n-nies ta' kull professjoni religjuza. Fil-belt ta' Ho Chi Minh, il-Milied hija grajja kbira u tkun iccelebrata bi tradizzjonijiet Ewropej. It-tizjin huwa bejn wiehed u iehor bhala tal-pajjizi punent. F'lejliet il-Milied l-insara jattendu l-quddiesa ta' bil-lejl. Imbaghad jirritornaw lura lejn djarhom ghac-cena li huwa parti importanti hafna mic-celebrazzjonijiet tal-Milied. Dan jikkonsisti f'soppa tat-tigieg, dundjan u pudina tal-Milied.

 Go Phat Diem, belt fin-naha ta' fuq tal-Vjetman mijiet ta' kattolici jingabru fil-knisja tal-belt ghall-liturgija tal-Milied. It-tfal jorganizaw play fuq it-twelid ta' Kristu. Bhal kull tifel u tifla fil-pajjizi kollha tad-dinja, it-tfal tal-Vjetman jemmnu fl-ezistenza ta' Father Christmas u jqieghdu z-zraben fuq it-tarag ta' djarhom. Fil-ghodu tal-jum tal- 25 ta' Dicembru, medta jqumu isibu z-zraben taghhom mimlija bir rigali, imqieghda taht is-Sigra tal-Milied.

Make a free website with Yola