christmaspage

 

 

Ix-xoghol tal-wirja jew exhibition hu li turina xi haga....xi haga sabiha.  Din il-wirja turina s-sabih ta' l-arti u tax-xoghol ta' nies li ddedikaw il-hin u t-talent taghhom biex juruna xena sabiha tat-Twelid ta' Gesu' Tarbija.

Hawn mhux biss naraw il-hila tax-xoghol ta' idejhom, imma wkoll l-imhabba u -fidi taghhom f'din il-grajja li bidlet l-istorja tal-bniedem.

Din il-wirja turina wkoll id-dedikazzjoni u l-impenn ta' dawk li hadmu sabiex inti u jiena nistghu naraw u nduqu s-sabih ta' l-Imhabba ta' Alla li dehret fit-Twelid ta' Gesu'.

Imma din il-wirja wkoll tkellimna...trid tghidilna xi haga isbah minn dak li qed naraw.

Il-presepju iridi ikellimna u jghidilna li Alla tant habb lid-dinja li tana lil Iben wahdieni tieghu biex isir bniedem bhalna biex lilna jaghmilna bhalu.

Ghalhekk filwaqt li naraw is-sbuhija ta' dawn il-wirjiet ejjew ukoll nisimghu bil-fidi din l-Ahbar it-Tajba.  Nisimghu mhux b'widnejna, imma nisimghu bil-fidi taghna f'dak li qeghdin naraw.

 

Isma' lehen l-Angli li qed jghidlek: Paci lilek, jekk inti bniedem li trid u tahdem ghat-tajjeb";

Isma' lill-Grotta tghidlek biex taghmel post lil Gesu' biex illum jitwieled b'hajtek u fil-familja tieghek;

Isma' lir-Rghajja jghidulek biex bhalhom thalli warajk dak li hu bla sens u tersaq aktar vicin Gesu';

Isma' lil Guzeppi u lil Marija ljghidulek biex bhalhom temmen li Alla jrid jigi ghandek ukoll;

Isma' lil Gesu' jghidlek li ghamel dan kollu ghalik, ghax ihobbok.

 

Permezz ta' dawn il-wirjiet nawgura lilek u lili li mhux biss naraw, imma wkoll nisimghu u nduqu din l-Imhabba kbira t'Alla ghalina.

 

 

Make a free website with Yola