christmaspage

SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED 

 

 

IS-SIMBOLI TAL-MILIED - X'TIFSIRA GHANDHOM?(2)

IS-SIGRA TAL-MILIED: Hafna kulturi pagani kienu jaduraw is-sigar li dejjem ihaddru ghaliex fihom kienu jaraw simboli ta’ l-immortalita’ u kienu juzawhom biex ibieghdu l-ispirti hziena. Fil-bidu tas-700 San Bonifacju li kkonverta lill-poplu Germaniz ghall-Kristjanezmu, qaccat u gab fix-xejn is-sigra tal-Ballut ta’ Thor li s-Sassoni kienu jaghtu qima. Jinghad li madwar is-sena 1500 Martin Luteru spirat minn sigra miksija silg gab mieghu d-dar wahda u zejjinha bix-xemghat bhala unur tat-twelid ta’ Gesu’. Din l-uzana maljar qabdet art fit-18 il-seklu gewwa Franza, il-Germanja u l-Awstrija. Is-sigra tal-Milied tirrapresenta l-fergha ta’ Jesse li minnha twieled Kristu, il-Messija. Huwa hu s-sigra li minnha kull bniedem ha l-hajja jigifieri mis-salib ta’ Kristu. Billi din is-sigra thaddar il-jiem kollha tas-sena, din tirrapresenta t-tama kontinwa. Il-quccata taghha tipponta ‘l fuq biex turina li hsibijietna ghandhom jharsu dejjem lejn is-smewwiet.

 IN-NGHAG: In-nghag huma annimali docli li jimxu wara sidhom, ir-rghaj. Kienu presenti meta Kristu twieled ghaliex xi whud imxew wara r-rghajja. Fit-taghlim tieghu, dawk li jimxu wara Kristu Kristu sejhilhom “in-nghag tieghu”. Jekk nimxu warajh, wara dan ir-Rghaj it-Tajjeb, saqajna ma jitfixklux fid-dlam ghax HU johodna f’merghat kollhom hdura u fejn hemm ilma safi u frisk.

IL-MAXTURA: Il-maxtura hija dak ir-recipjent li jzomm l-ikel ghal annimali. IL-maxtura ta’ Betlem ghandha fiha l-Hobz tal-Hajja, l-Ikel ghar-ruhna.Wara l-guf ta’ Marija, il-maxtura hija l-ewwel tabernaklu tieghu. Ir-rghajja gew biex jaduraw lil Mulej fit-tabernaklu tal-maxtura. Il-maxtura zgur li ma kellhiex xi ornamenti jew valur artistiku. Ruhna tixbah lill-maxtura; ma hiex il-post idejali ghal Kristu billi d-difetti u n-nuqqasijiet taghna ma jhalluhiex tkun post xierqa fejn tilqa’ lil Gesu’. Mandankollu Gesu’ xorta wahda jigi jghammar fina biex iqaddisna.

 IT-TINSEL: Dawn huma hjut irqieq ta’ metal ikkulurit uzat bhala dekorazzjoni tal-Milied. Leggenda titkellem minn tifel li xtaq izejjen sigra tal-Milied ghad-unur tal-Bambin, imma ma kellux flus biex jaghmel dan. Matul il-lejl bosta brimb daru mas-sigra u bdew jahdmu l-ghanqbut mal-frieghi. Biex juri l-apprezzament tieghu ghall-fidi tal-familja tat-tfajjel, Gesu’ Bambin biddel il-hjut tal-brim f’fidda. Meta rridu naghtu kollox lil Alla, imma nahsbu li idejna hija vojta, Alla jaghti valur lil offerta fqajra taghna. Alla ma jharisx lejn il-valur mundan ta’ l-opri taghna, izda l-valur spiritwali taghhom .

 

Make a free website with Yola