christmaspage

 

 

SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED

 

Christingles

 

 Christingle attwalment tfisser “id-dawl ta’ Kristu” u ticcelebra il-migja ta’ dan id-dawl fid-dinja; imma hadd ma jaf ezattament l-origini taghha.

 Hemm hafna stejjer li jirrakontaw kif dawn il-Christingles originaw, imma l-ahjar wahda hija dik li jirrakonta l-poplu Cekk.

Hafna snin ilu t-tfal kienu mitluba biex jiehdu maghhom rigal halli jpogguh hdejn il-grotta fil-knisja. Familja wahda ma kelliex flus biex tixtri dan ir-rigal imma kienet determinata li taghmel il-parti taghha u tiehu rigal bhal ohrajn. Sabu laringa li hasbu li kienet adattata, izda kbir kien id-dispjacir taghhom meta ndunaw li il-wicc tal-frotta kien imhassar. Hasbu li setghu jirrangaw is-sitwazzjoni billi jnehhu t-tahsir u jpoggu xema biex b’hekk jibdlu l-frotta f’lanterna li taghti d-dawl. 

Billi raw li kienet daqsxejn ordinarja wahda mill-bniet nehhiet zigarella hamra minn xagharha u rabtitha man- nofs tal-laringa. Biex izzomm f’postha wahhluha pemezz ta’ erba’ stikekk li fit-truf taghhom qieghdu ftit taz-zbib ghat-tizjin. Fi triqthom lejn il-knisja elf hsieb ghaddielhom minn mohhom dwar x’kienu ser ikunu r-reazzjonijiet tat-tfal l-ohra ghar-rigal taghhom. Kbir kien il-ferh taghhom meta l-qassis apprezza ferm id-don taghhom u stqarr mal-kongregazzjoni kemm kien rigal specjali minhaba dawn ir-ragunijiet:

 Il-laringa hija tonda bhad-dinja.

 Ix-xemgha dritta dritta taghti d-dawl lil irkejjen mudlama bhal ma taghmel l-imhabba t’Alla.

 Iz-zigarella hamra mdawra mad-“dinja” hija simbolu tad-demm li Kristu xerred ghad-dinja kollha.

 L-erba stikekk kollha jippuntaw lejn l-erba direzzjonijiet tad-dinja.

 Iz-zbib jew kultant, helu jirrapresentaw il-frott ta’ l-art li jikber bin-nutriment tax-xita u x-xemx.

 

Xi tfal fl-Ingilterra jaghmlu l-“Christingles” taghhom biex meta jingabru flimkien f’xi servizz tal-knisja jixgheluhom u jigbru flus ghall-karita’.

 

Make a free website with Yola