christmaspage

 

SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED 

IL-QUDDIESA RORATE




Tradizzjoni partikulari Filippina hija l-quddiesa imsejha Rorate li tmur lura lejn is-16 il-seklu. Ghal disat ijiem  wara xulxin, mis-16 ta’ Dicembru sal-24 ta’ Dicembru, il-quddiesa Rorate tigi ccelebrata fis-sighat bikrin tal-jum meta jkun ghadu d-dlam fi knisja li mixghula bid-dawl tax-xemghat. 

Din il-quddiesa hija wahda votiva f’gieh l-Imqaddsa Vergni Marija u fiha jintuzaw ilbies liturgiku abjad u tinghad il-Glorja. Minkejja li saret riforma fil-liturgija, din il-quddiesa baqghet issib postha fil-liturgija tal-lum. F’dan il-pajjiz in-Novo Ordo jrid li din il-quddiesa ma tkunx wahda votiva f’gieh il-Vergni Mqaddsa, imma wahda bl-istess qari u talb tal-jum, bl-abiti sagri bojod u l-Glorja. 

Hafna parrocci fil-Filippini jaghmlu din il-quddiesa filghaxija fl-istess atmosferma ta’ dlam flok filghodu kmieni minhabba l-esigenzi tal-hajja ta’ kuljum.

Il-Quddiesa Rorate hadet isimha mill-kliem li nsibu fil-Ktieb ta’ Isaija Kap 45 vers 8. Rorate coeli desuper et nubes pluant justum 

("Qattru, smewwiet, mill-għoli,

u jraxxax is-sħab il-ġustizzja;

tinfetaħ l-art u tinbet is-salvazzjoni,

u tinbet magħha l-ġustizzja.

Jiena l-Mulej, jien ħlaqtha)


Barra l-Filippini hemm pajjiz ohra li jharsu din it-tradizzjoni. Fosthom hemm l-artijiet b’kultura germaniza, Repubblika Ceka, u l-Polonja. Fic-celebrazzjoni l-fidili jiehdu sehem bix-xema’ tixghel f’idejhom jew fanal imhejji apposta.

Gol-Polonja din il-quddiesa tmur lura lejn is-seklu 13. Xema specjali kienet tinxteghel fuq l-artal. Fiz-zminijiet tal-lum tintuza xema specjali, imsejha x-Xema Marjana matul ic- celebrazzjoni. Din l-uzanza tax-xema  jinghad li tmur lura fiz-zmien tar-renju ta’ Boleslaw Wstydliwy, ir-ragel ta’ Santa Kunegunda. Menorah kien jitqieghed fuq l-artal u s-seba xemghat tieghu jinxteghlu wahda wahda minn membru differenti tal-kongregazzjoni. Fil-parrocca ta’ Boleslaw, kien ikun hu li jixghel l-ewwel wahda, segwit mill-kardinal, senatur, nobbli, kavallier, cittadin u rahhal. Hekk kif kienu jixghelu x-xema kull bniedem kien jghid: “ Jiena mhejji ghal ahhar jum tal-gudizzju.”

Fil-Polonja l-Quddiesa Rorate tradizzjonalment tibda’ fi sbieh il-jum, kuljum matul l-Avvent. Il-lum ghall-konvenjenza l-Quddiesa tkun celebrata tard wara nofs inhar, specjalment fl-ibliet.

Fejn ghada issir skont it-tradizzjoni, it-tfal jmorru lejn il-knisja fid-dalma ta’ sbieh il-jum igorru l-fanali.  Il-knisja tkun fid-dlam miksur biss mid-dawl tax-xema. L-innu Rorate Caeli jitkanta fid-dlam, li jfisser id-dlam tad-dinja qabel il-migja ta’ Kristu, li hu Dawl. Jinghadu xi talbiet u titkanta l-Glorja meta mbaghad tinxteghel il-knisja kollha. Il-Quddiesa tigi fi tmiemha meta tkun tiela’ x-xemx biex tfakkar li Kristu hu x-Xemx tad-Dinja, li jkecci d-dlamijiet tal-lejl, d-dlamijiet tad-dnub u l-mewt.

Ix-xemghat u l-fanali huma simboli tax-xewqa kbira tan-nisrani li jiltaqa’ ma’ Kristu, s-Salvatur tal-bnedmin.

 

Make a free website with Yola