christmaspage

 

SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED 

 

 IL-BAZILKA TA' BETLEM.

 Wahda mill-postijiet l-aktar sagri ghall-Kristjanezmu hija il-Knisja tan-Nativita' gewwa Betlem, il-post fejn twieled Gesu. Tinsab fil-Pjazza tal-Grotta ( Manger Square) madwar hames kiolmetri 'l boghod minn Gerusalemm u hija mibnija fuq l-ghar fejn jinghad li Marija welldet lil Binha Gesu'. Esternament il-bini tal-knisja hu kbir, jaghti bixra ta' fortizza u hu xiehda ta' storja mqallbha li minnha ghaddiet.

Ghal bosta snin kien hemm glied kbir bejn il-Mislem u l-Insara ghax kull wahda minn dawn il-forzi riedu dan il-bini ghalihom. Il-knisja hija taht il-kontroll ta' tlett denominazzjonijiet nsara - il-knisja Armenja, il-knisja Ortodossa u l-knisja Kattolika Rumana. L-Ghar tan-Nativita' huwa mizmun bhal l-lok mqaddes fejn twieled Gesu' u l-post ezatt huwa mmarkat bi stilla b'eratax-il ponta fuq rham abjad. Il-qima li biha hu mizmun mill-insara dan is-sit qaddis tasal sa minn zmien San Gustin Martri li fit-tieni seklu dentifika l-lok bhala l-post fejn twieled Gesu' Fis-sena 333 wara Kristu, l-Imperatur Kostantinu lesta l-bini tal-basilka li tant tigbed lejha pellegrini minnn kull naha tad-dinja.

L-istruttura originali taghha kienet kompletament meqruda fil-bidu tas-sitt seklu. Izda fis-snin 527 - 565 wara Kristu regghet mill-gdid giet mibnija fil-forma prezenti taghha matul il-hakma ta' l-Imperatur Gustinjanu. Matul is-snin is-sit dejjem kiber. Il-knisja ghandha wisa ta' madwara 12,000 metru kwadru u tinkludi barra l-basilka , kunvent Latin, iehor Ortodoss Griek u iehor Armen. Hija haga kurjuza hafna li biex wiehed jidhol ghall-Basilka irid jghaddi minn bieb baxx hafna tant li jkollu jbaxxi rasu bhallikieku diehel gewwa ghar.

Tant baxx li jrid joqghod attent biex ma jahbatx rasu. Dan hu l-bieb principali li jinghad li sar hekk matul il-hakma ta' l-era Torka biex jimpedixxu lil kavallieri li jidhlu fil-maqdes biz-zwiemel taghhom. Storja ohra tghidlina li dan il-bieb imbena hekk matul il-hakma torka biex jwissi lil insara li huma l-mistiedna taghhom u ghalhekk iridu jbaxxu rashom quddiemhom. Jinghad li meta l-Persjani invadew lil Betlem fis-sena 614 helsu lill-knsija mill-qerda taghhom kif tghid leggenda, li meta dahlu fil-knisja biex jissakkegjawha kienu mqanqla minn pittura li raw tas-Slaten Magri lebsin ilbies persjan.

 Ir-re Dwardu IV ta' l-Ingilterra ta bhala rigal injam mill-foresti inglizi biex jimbena is-saqaf u wkoll ikkontribwixxa comb biex jinkesa s-saqaf , li pero insteraq mit-tork biex idewbuh halli minnu jaghmlu munizzjon tal-gwerra kontra in-nies ta' Venezja. Il-knisja hija maqsuma f'hames navati b'erba fillieri ta' kolonni bix-xibhat ta' l-appostli fuqhom. Ismijiethom huma miktuba bil-Latin u Grieg. Fl-art ta' wahda minn navati hemm hofra biex turi lill-vizitaturi l-fdalijiet ta' muzajk Bizantin li kien jiddekora l-art tal-Bazilka antika. Tarag fuq kull naha ta' l-artal maggur jiehu lil vizitatur fil-grotta. L-ewwel ma tolqot l-ghajn ghal min ikun nizel hemm isfel hija l-istilla b'erbatax-il ponta ingastata f'irham abjad biex tindika l-lok tat-twelid ta' l-Iben t'Alla.

Skrizzjoni tghid hekk: " Hawn twieled Gesu' minn Marija Vergni." Fil-qrib hemm kappella msejha l-Kappella tal- Maxtura fejn Marija poggiet lit-tarbija, Binha Gesu'. L-ghar huwa taht il-gurisdizzjoni tal-Knisja Griega Ortodossa Il-quddiesa tradizzjonali tal-Lejl tal-Milied hija ccelebrata fil-knisja Kattolika Rumana mibnija u tmiss mal-Bazilka tan-Nativita'. Taht din il-knisja dedikata lil Santa Katerina ta' Lixandra wiehed isib numru ta' gherien jinfdu wiehed ma' l-iehor sahansitra minnhom wiehed jista jasal sal-grotta tan-Nativita' izda sfortunatament bieb jimbarra d-dhul fil-ghar fejn twieled Gesu'. Il-kappelli ta' dawn l-gherien huma dedikati lil xi grajja li ghandha x'taqsam mal-Milied. Hekk nghidu ahna nsibu l- kappella dedikata lill- Qaddsin Martri Innocenti biex tfakkar lit-trabi meqruda minn Erodi, u ohra lil San Guzeppi li tfakkar meta l-anglu deher lil Guzeppi u amarlu biex jahrab lejn l-Egittu.

 Kappella ohra hija dedikata lil San Glormu, isqof ta' Betlem li qaleb ghal Latin it-testment il-Qadim. Il-Frangiskani li huma responsabbli mit-tmexxija ta' din il-knisja jaghmlu purcissjoni kuljum f'nofs in-nhar bil-Bambin Gesu' mill-knisja ta' Santa Katerina u jinzlu minn tarag ghal dawn l-gherien sa ma jaslu hdejn l-ghar tan- Nativita' izda li ma jistghux jidhlu fih minhabba li hemm bieb jimbarra d-dhul. Din il-knisja isservi bhala parocca ghal insara ta' Betlehem.

Il-belt ta' Betlem hija maghrufa wkoll bhala d-dar tal-familja tar-re David.

Make a free website with Yola