christmaspage

 

 

SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED 


L-O ANTIFONI TAL-MILIED


Dicembru 17 huwa l-ewwel jum minn sebat ijiem fil-kalendarju liturgiku ghal Avvent li ghandu tifsira specjali ghall-Kattolici Rumani.  Dawn is-sebat ijiem huma msejha l-“Jiem ta’ l-O Antifoni” ghaliex kull antifona assenjata ghal kull jum  ghandha l-istess bidu “O”.

X’inhija antifona?

Antifona hija l-versett li jinqara jew jitkanta fil-Liturġija tas-Siegħat qabel is-salmi u/ jew qabel l-Innu tal-Magnifikat/Benedictus jew (fil-quddiesa) qabel il-qari tal-Vanġelu. Dawn l-antifoni jinqraw qabel l-innu tal-Magnifikat fil-Liturġija tas-Sigħat, waqt il-Għasar, u qabel il-qari tal-Vanġelu fil-quddies li jiġi ċċelebrat f’dawn il-ġranet: 17-23 ta’ Diċembru.

 Dawn l-antifoni ghandhom importanza u tifsira ghaliex:

 Kull antifona tagħti titlu lill-Messija: Ġesu’ Kristu.

 Kull antifona tirreferri għall-profeziji tal- Profeta Isaija, liema profeziji kienu jħabbru l-migja tal-Mulej

Is-seba’ antifoni huma dawn:

O Sapientia - O Għerf tal-għoli, li tqassam kollox bil-qawwa u l-ħlewwa, ejja għallimna triq il-għaqal. (ara Isaija 11: 2-3 u Is. 28: 29)

[Is:11:2] fuqu jistrieħ l-ispirtu tal-Mulej,

l-ispirtu ta' l-għerf u  d-dehen,

l-ispirtu ta' l-għaqal u l-qawwa,

l-ispirtu ta' l-għerf u l-biża' tal-Mulej,

[Is:11:3] u l-għaxqa tiegħu fil-biża' tal-Mulej.

Ma jiġġudikax skond ma jidher fl-għajnejn,

u ma jagħtix sentenza skond ma jisma',


[Is:28:29] Dan ukoll ġej mingħand il-Mulej ta'  l-eżerċti;

u hekk juri l-għaġeb ta' għaqlu,

u l-kobor ta' għerfu.


O Adonai - O Mexxej tad-dar ta’ Israel, li tajt il-liġi ‘l Mose’ fuq is-Sinaj, ejja ifdina bil-qawwa ta’ driegħek. ( ara Is. 11: 4-5 u Kap. 33: 22)

[Is:11:4] iżda jiġġudika l-imsejknin skond il-ġustizzja,

u jagħti sentenza skond is-sewwa lill-fqajrin ta' l-art.

Isawwat il-kiefra bix-xettru ta' fommu,

u b'nifs xufftejh joqtol lill-ħażin.

[Is:11:5] Il-ħżiem ta' ġenbejh tkun il-ġustizzja,

u l-fedeltà l-ħżiem ta' qaddu.


[Is:33:22] Għax il-Mulej hu l-imħallef tagħna;

il-Mulej il-leġislatur tagħna.

Il-Mulej is-sultan tagħna,

hu li jsalvana.


O Radix Jesse - O Għerq ta’ Ġesse, li waqaft bħala sinjali għall-popli, ejja biex teħlisna u la tiddawwarx. (ara Is. 11:10).

[Is:11:10] Mbagħad jiġri f'dak il-jum

li l-għerq ta' Ġesse jieqaf

bħala sinjal  għall-popli.

Lilu jfittxu l-ġnus,

u l-għamara tiegħu tkun imsebbħa.


O Clavis David - O Muftieħ ta’ David, li tiftaħ bibien is-Saltna ta’ dejjem, ejja ħa toħroġ lill-bniedem mill-jasar u d-dlam tal-ħabs.

 (ara Is. 22:22 u Kap. 9:6).

[Is:22:22] Nqiegħed muftieħ dar David fuq spallejh.

Jiftaħ hu, u ħadd ma jagħlaq;

jagħlaq hu, u ħadd ma jiftaħ.


[Is:9:6] Kbira tkun setegħtu,

u s-sliem bla qjies

fuq it-tron ta' David u s-saltna tiegħu.

Hu jwettaqha u jsaħħaħha

bil-ħaqq u s-sewwa,

minn issa u għal dejjem.

Il-ħeġġa tal-Mulej ta'  l-eżerċti tagħmel dan


O Oriens - O Xemx tielgħa , dija tad-dawl ta’ dejjem u xemx tal-ġustizzja, ejja u dawwal ‘ il dawk li jinsabu fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt. ( Is. 9: 1).

[Is:9:1] Il-poplu li kien miexi fid-dlam

ra dawl kbir;

in-nies li joqogħdu f'art id-dlam

dawl idda fuqhom.


O Rex Gentium - O Sultan tal-ġnus, ġebla tax-xewka tal-Knisja, ejja u salva l-bniedem li int għamilt mit-trab.( Is. 2:4)

[Is:2:4] Il-Mulej jagħmel il-ħaqq bejn il-ġnus,

u jaqta' s-sentenza bejn ħafna popli;

u huma jibdlu x-xwabel tagħhom f'sikek tal-moħriet,

u l-lanez tagħhom fi mnieġel.

Ebda ġens ma jerfa' x-xabla kontra ġens ieħor,

u s-sengħa tal-gwerra ma jitgħallmuhiex iżjed.


O Emmanuel- O Għimmanu-El, Sultan tagħna li tajtna liġi, ejja u salvana, Mulej. (Is. 7: 14).

[Is:7:14] Għalhekk is-sinjal jagħtihulkom Sidi stess:

Araw, ix-xebba titqal u tiled iben,

u ssemmih Għimmanu-el.


Dawn l-antifoni kienu jitkantaw b’ħafna solennita’ waqt il-liturġija tas-sigħat fil-monasteri, f’Ruma sa mit-tmin seklu.


Kurzita’ dwar l-antifoni:

Qatt kont taf li dawn l-antifoni ghandhom messagg mohbi fihom? Ghal inqas hekk jghidu xi whud. Nipprova nuri l-evidenza, imbaghad wiehed jiggudika  u jasal ghall- konkluzzjoni hu.

It-titli kif ghedna aktar ‘l fuq huma dawn:

O Sapientia

O Adonai

O Radix Jesse

O Clavis David

O Oriens

O Rex Gentium

O Emmanuel

Jekk tiehu l-ewwel ittra tal-bidu ta’ kull antifona, tispicca bil-kelma SARCORE.  Issa jekk taqra din il-kelma bil-maqlub l-ittri jigu EROCRAS, zewg kelmiet ERO CRAS li bil-Latin jfissru Ghada nigi. U meta jispiccaw l-antifoni allura l-ghada jahbat Jum il-Milied – il-jum li fih jigi Gesu’

Naturalment dan il-messagg ma izvela ebda sigriet


Jekk wiehed jibda mill-ahhar u jiehu l-ewwel ittra ta’ kull antifona jispicca bl-ittri ERO CRAS li jfissru “Ghada, jiena ser inkun maghkom” b’riferenza ghat-twelid ta’ Kristu Gesu’.  Dawn l-antifoni joffru preparazzjoni intensa ghal-Milied u jigbu t-tmiem ta’ l-avvent f’konkluzjoni ferrieha. Jekk hiex ko- incidenza jew le wiehed jikkonkludu hu; hemm xi whud li ma jaqblux ghaliex jghidu li n-numru ta’ antifoni kienu jvarjaw minn knisja ghal ohra u minn kommunita’ religjuza ghal ohra u dawk minghajr l-ERO CRAS ma gabrux l-antifoni taghhom biex jwasslu xi messagg mohbi.


L-istudjuzi ma humiex certi minn kiteb dawn l-antifoni.  Hemm evidenza li jmorru lura lejn nofs l-ewwel millenju imma hu possibbli li jmorru fiz-zminijiet tal-bidu tal-knisja. Hi x’inhi d-data taghhom huma antifoni antiki. Huma miktuba bil-lingwa latina. Imma tassew interessanti li dawn l-O Antifoni huma miktuba b’messagg fihom.  Hadd ma kien induna b’dan ghal-sekli shah u dan gie svelat minn studjuz fil-bidu tas-seklu 20.

Dan naturalment jekk il-messagg tqieghed hemm intenzjonalment.  Mhux kulhadd hu konvint minn dan.

Imma min jaf ! 



 

Make a free website with Yola