christmaspage

 

SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED 

IL-BAZILKA TAT-THABBIRA TA' L-ANGLU

Il-bazilka tat-Thabira ta' l-Anglu hija knisja kattolika moderna mibnija fuq il-fdalijiet ta' knejjes Bizantini u tal-Krucjati. Fiha jinsab l-ghar li fih il-Vergni Mbierka rceviet l-ahbar minghand l-anglu Gabirjiel li hija kienet ser tkun omm Alla. Is-sit kien sa mill-ewwel zminijiet post ta' pellegrinaggi u baqa' waqfa mportanti fost il-pellegrini li jzur l-Art Imqaddsa.

L-ISTORJA TAL-BAZILKA

Taghrif fuq r-rahal ta' Nazaret huwa ftit u skars, imma Ewsebju jghid li Nazaret kienet belt zghira Lhudija matul iz-zminjiet rumani u bizantini.  Evidenza li kien hemm konverzjonijiet ghall-Kristjanezmu gewwa Nazaret jaghthielna l-istoriku Afrikanus fit-3 seklu u pellegrinagg ghal-Nazaret kien sar l-ewwel darba fis-seklu 4.

Kien is-seklu 4 meta l-ghar li hemm taht il-bazilka gie identifikat bhala l-lok li fih l-Anglu Gabirjiel wassal il-messagg lil Marija li kellha tkun Omm Alla. Ma hux maghruf meta imbniet l-ewwel knisja imma wahda diga kienet probabilment tezisti fil-bidu tar-4 seklu. Bejn wiehed u iehor fis-sena 384 jissemma artal u aktar tard c.570 tissemma' knisja.

Knisja bizantina giet skavata taht il-knisja ezistenti li tmur lura lejn ir-raba jew il-hames seklu. Kellha tlett navati, abside u atrium. Monasteru zghir gie mibni fuq in-naha ta' nofsinhar tal-knisja.  Ghall-habta tas-sena 680 il-pellegrin Arculf jikteb li kien ra zewg knejjes gewwa Nazaret, wahda fejn il-ghajn ta' Marija u l-ohra fuq in-naha tradizzjonali tat-Thabbira ta' l-Anglu, fejn hemm il-Bazilka fil-prezent.

Il-knisja bizantina, fuq is-sit tat-Thabbira, baqghet wieqfa sa tard id-9 seklu . Il-knisja apparentament sfat meqruda qabel jew waqt il-Krucjati: Is-superjur Daniel ihalli bil-miktub  li sfat meqruda ghalkemm mill-gdid mibnija minn Tankred u l-Franki.

Din l-ahhar knisja kienet akbar minn dik Bizantina li fuqha nbniet mill-gdid. Intefqu bosta flejjes biex izejnu din il-knisja tal-Krucjati li kienu jinkludu kapitelli sbieh bl-iskultura mill-hajja ta' l-appostli minn imghallmin francizi. Fuq naha kien hemm monasteru u fuq ohra l-palazz ta' l-isqof.

Wara battalja magrufa bhala the Battle of Horns of Hattin fis-sena 1187 l-abitanti nsara ta' Nazaret sabu kenn fil-knisja, imma ilkoll gew maqtula. Il-knisja giet profanata, imma baqghet shiha. Fis-sena 1192 Salah al Din ta permess lil ftit kleru biex jirritorna u anke lil insara li jkollhom access ghaliha. San Luigi ghamel pellegrinagg ghal dan il-post qaddis fis-sena 1251.

Madankollu fis-sena 1263 l-emir ta' Baybars attakka lin-Nazaret u qered il-knsija sal-pedamenti taghha. Il-pellegrini thallew izuru l-ghar li kien anke meqjum mill-Musulmani. Imma fis-sena 1283 l-insara kienu esplicitament projbiti li jibnu l-knisja. Matul is-seklu 13 il-musulamni li kien jghassu l-lok kienu  jitlob hlas biex il-pellegrin izur l-ghar. Is-sit tal-knisja kien jintuza bhala post fejn jingabar l-iskart u aktar tard jintuza bhala stallel ghaz-zwiemel.

Fl-14 il-seklu l-frangiskani stabbilew monasteru gewwa Nazaret u jidher li hadu kontrol tas-sit imqaddes ghal xi zmien f'nofs is-seklu 16. Huma rrestawraw il-palazz ta' l-isqof u okkupawh u anke bdew jirriparaw l-knisja fis-sena 1620. Il-frangiskani kienu mkeccija bosta drabi matul is-snin 1600. Fis-sena 1730 il-frangiskani bnew knisja gdida li kienet imkabbra fis-sena 1871.

Fis-sena 1955 il-knisja giet imwaqqa' biex flokha timbena' ohra gdida u isbah, mibnija fuq il-pedamenti tal-bizantini u tal-krucjati: dik li hemm illum. Giet ikkonsarata fis-sena 1969. Illum din il-knisja bazilka hija il-parrocca ghal 7,000 kattoliku li jghixu gewwa Nazaret u waqfa principali ghall-pellegrinaggi.

Il-bazilka tikkonsisti fil-knisja ta' fuq u knisja ohra fuq livell baxx. Il-knisja principali hija dekorata bil-muzajk fuq xeni marjani, donazzjoni ta' diversi kommunitajiet minn madwar id-dinja. Il-koppla tal-knisja l-kbira hija mahduma fuq il-gilju marjan u hija 55 metru gholi.


IKKLIKJA FUQ IT-TITLU ZJARA VIRTWALI TAL-BAZILKA TA' NAZARET.
OPEN IN NEW WINDOW

Make a free website with Yola