christmaspage

 

 SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED 


IL-“BOXING DAY”

Boxing Day hija l-gurnata li tahbat fuq il-Milied, jigifieri 26 ta’ Dicembru. Huwa jum vaganza celebrat fi ftit pajjizi. Bdiet gewwa l-Ingilterra madwar 800 sena ilu fiz-zminijiet tan-nofs. Kien il-jum li fih jinfethu l-kaxxex tal-karita’ imwaqqfa fil-knejjes sabiex dak li jkun ingabar matul is-sena jitqassam lill-fqar. Xi uhud mill-knejjes ghandhom iharsu din it-tradizzjoni.

Setghu kienu r-Rumani li gab fost l-abitanti tar-Renju Unit dan it-tip ta’ kaxxi ta’ kollezzjoni, imma dawn kienu juzaw il-flus migbura biex jonfquhom fuq l-loghob ta’ l-imhatri u l-azzard matul ic-celebrazzjonijiet tax-xitwa.

Fl-Olanda dawn il-kaxxi kienu maghmulha mill-fuhhar u moghtija l-forma ta’ qziezez.  Forsi minn hawn gejja il-kelma: Piggy Bank.

Il-Christmas Carol, Good King Wenceslas, hija bazata fuq il-Boxing Day meta re taz-zminijiet tan-nofs igib ikel lill-familja fqira.

Kienet ukoll tradizzjoni li l-qaddejja jgawdu minn jum vaganza biex jiccelebraw il-Milied mal-familji taghhom fil-jum tal-Boxing Day. Qabel it-tieni gwerra dinjija, kienet haga komuni ghan-nies tax-xoghol bhalma kienu dawk li jqassmu l-halib u dawk li jbieghu l-laham li jduru dawra l-postijiet fejn kienu jqassmu x-xoghol u jigbru l-kaxxi tal-Milied jew kif kienu jsejhulhom tip box. Din l-uzanza ghebet ghal kollox u jekk jinghata xi tip ta’ hlas lill-haddiema bhalma huma pustiera u dawk li jqassmu l-gazzetti, dan ma jinghatx fil-Boxing Day.

Dan il-jum sar jum ta’ vaganza pubblika f’pajjizi bhal UK, Kanada, l-Awstralja u New Zealand.  Huwa wkoll il-bidu tal-Pantomima. Fir-Renju Unit isiru attivita’ ta’ sport, specjal;mnt loghob tal-ballun u tigrijiet taz-zwiemel.

Is-26ta’ Dicembru huwa Jum San Stiefnu. Hemm zewg Stiefnijiet fl-istorja: wiehed huwa l-ewwel martri li kien imhaggar mill-Lhud ghax kien segwaci ta’ Kristu.

It-tieni San Stiefnu kien missjunarju gewwa l-Isvezja fis-snin 800. Kien ihobb hafna l-annimali, l-aktar iz-ziemel. U huwa forsi minhabba f’hekk li f’dan il-pajjiz it-tigrijiet taz-zwiemel huma daqshekk popolari f’dan il-jum.  Kien ukoll martri, maqtul mill-pagani.  Fil-Germanja hemm tradizzjoni li jirkbu z-zwiemel madwar l-intern tal-knisja waqt is-servizz ta’ San Stiefnu.



Make a free website with Yola