christmaspage

 

SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED 

 

FRA ANGELIKU U L-MILIED

 

 Matul iz-zmien tal-Milied hafna u hafna huma l-kartolini li jigru fid-djar taghna bil-messagg ta' din il-Festa. Filwaqt li xi whud minnhom ma humiex hlief kartolini vojta u bla sens ghax ma jaghtu ebda messagg tal-Milied lill-festa tat-twelid ta' Gesu', ohrajn jitfghu bxara qawwija ta' din il-grajja. Il-Beato Angelico huwa wiehed minn dawn il-pitturi li xogholhom ingawduh fuq dawn il-kartolini tal-Milied. Dan ma kien beatu xejn.

 Kienu jsejhulu Beato ghaliex minn idejh hargu numru kbir ta' pitturi b'tema religjuza u hu nniffsu kellu personalita' ta' tjubija kbira. Din il-persuna ma kienet hadd hlief Gwido di Pietro li twieled f'Vicchio fit-Toscana. Dahal Dumnikan fil-kunvent ta' Fiesole fis-sena 1418. Ghaldaqstant ma hiex haga barra minn lokha li fil-pitturi tieghu naraw qaddisin Dumnikani Bhax-xena ta' Madonna bil-Bambin flimkien mal-qaddisin San Duminku u Santa Katarina ta' Lixandra.

Fil-bidu x-xoghol tieghu kien illustrazzjonijiet ta' manuskritti li s-suggett taghhom kien l-Madonna u l-ewwel Dumnikani. Tant kien pittur ta' sengha kbira li l-istorici waslu biex izommuh bhala wiehed mill-pitturi li influenzaw il-bidu tar-Rinaxximent. Ix-xoghol tieghu tant kien sabih, ta' sengha u ta' hsieb li Sant' Antonius li kien jaf sewwa lil Fra Angeliku josserva "li hadd ma seta' jpitter b'dak il-mod minghajr ma qabel ikun zar il-genna!"

 Il-Papa Ewgenju jinghad li kien offrilu biex ikun Arcisqof ta' Firenze izda huwa irrifjuta biex jkompli jpitter. Dan kien jaghmlu mhux biex izejjen izda biex iservi ta' kontemplazzjoni. Kien biss fis-sena 1982 li l-Papa Gwanni Pawlu II iddikjarah beatu. Mela jekk f'idejk tigi xi kartolina tal-Milied bil-pittura ta' Fra Angeliku kun af li il-Beato ma ghamilihx biex isservi ta' dekorazzjoni ghal xi palazz jew cella jew kuritur ta' kunvent izda biex tkun ghalik ta' meditazzjoni fuq misteru kbir li Alla sar bniedem ghalik u ghalija.

Make a free website with Yola