christmaspage

SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED 

1. Xi suggerimenti ghar-rigali tal-Milied: mahfra lil ghadu tieghek, tolleranza lil dak li ma taqbilx mieghu, servizz bi tbissima lill-klijent, imhabba lil kulhadd, ezempju tajjeb lit-tfal u lilek innifsek aghti rispett.

2. Il-Milied hu mhabba fil-prattika. Kull darba li nhobbu, kull darba li naghtu, dak ikun Milied.

3. Dak li ma ghandux Milied fil-qalb tieghu qatt ma ser isib Milied taht sigra.

4. Mhux ir-rigal li jghodd izda l-hsieb.

5. L-isbah rigal taht is-sigra tal-Milied: familja ferhana u maghquda.

6. Il-Milied huwa li taghmel dik ix-xi haga izjed ghal ohrajn; li tohrog barra minn triqtek ghal ghajrek.

7. L-ispirtu tal-Milied – l-imhabba- jbiddel il-qlub u l-hajjiet.

8. Jekk mill-Milied ma naghmlux okazzjoni li fiha naqsmu l-barkiet taghna, is-silg kollu ta’ l-Alaska qatt ma hu ser jaghmel mill-Milied, il-Milied Abjad.

9. Huwa l-Milied fil-qalb li jxerred il-Milied ma l-erbat irjiehat tad-dinja.

10. Hemm bahar x’jaqsam bejn l-ispirtu tal-Milied kif toffrih id-dinja u l-Ispirtu tal-Milied kif joffrih Gesu’ Kristu. L-ispirtu tal-Milied huwa darba fis-sena; l-Ispirtu ta’ Kristu huwa etern. L-ispirtu tal-Milied huwa sentimentali; l-Ispirtu ta’ Kristu huwa sopranaturali. L-ispirtu tal-Milied huwa prodott uman; l-Ispirtu ta’ Kristu gej minn Persuna Divina. L-Ispirtu tal-Milied jehtieg li jimbidel fi Spirtu ta’ Kristu.

Peace on Earth will come to stay,

When we live Christmas every day.

Helen Steiner Rice

 

Make a free website with Yola