christmaspage

 

 

SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED 

 

IL-BASTUN TAZ-ZOKKOR (CANDY CANE)

 

 

Mill-hafna tradizzjonijiet sbieh tal-Milied, ftit huma dawk tant qodma, imma tant ghandhom tifsiriet u simbolizmu daqs il-Bastun taz-Zokkor. (Candy Cane.)

Sa mill-bidunett, meta kienu jzejnu s-Sigra tal-Milied, kienet uzanza li jdendlu mal-frieghi taghha simboli ta’ Kristu tarbija.

Ix-Xemghat kienu jirrapresentaw lil Kristu bhala d-Dawl tad-dinja;

l-kewba kienet tifkira ta’ l-ewwel lejl tal-Milied,

u l-bastun tar-rghaj kien jisimbolizza lir-rghajja li kienu huma l-ewwel li marru jaraw lil Kristu mwieled tarbija gewwa l-ghar ta’ Betlem wara li accettaw l-ahbar ta’ l-anglu, il-messaggier ta’ Alla.

Fiz-zminijiet l-imghoddija d-dekorazzjonijiet tas-Sigra tal-Milied gewwa l-Ewropa kienu oggetti ta' l-ikel, principalment mahduma mill-helu u gallettini jew ghagina. Dan it-tizjin kien ifisser ukoll hajr lil Alla ghal-hobzna ta’ kuljum kif ukoll kif kien iservu bhala xi haga li ma kienitx tiswa’ flus imma xi haga tajba ta’ ikel ghat-tfal matul iz-zmien tal-Milied.

Hekk li aktar tard il-bastun tar-rghaj sar oggett mahdum miz-zokkor.

Skont tradizzjoni popolari fis-sena 1670 gewwa l-Germanja, is-surmast tal kor tal-Katidral ta' Cologne, xtaq li jipprempja lil dawk it-tfal li jattendu u jharsu l-kwiet matul l-pageants ta' lejliet il-Milied, billi jaghtihom rigal bhala premju bastun taz-zokkor.

Meta ordna dawn il-helu, qal lid-dulcier biex il-bastun taz-zokkor jaghtih dawra fil-ponta tieghu biex ikun jixbah lill-bastun tar-rghajja li marru jzuru lil Kristu tarbija. Barra minn hekk ordna ukoll lid-dulcier biex juza il-kulur abjad halli jfisser it-twemmin nisrani tal-hajja bla dnub ta' Gesu'. Din l-idea malajr xterdet mill-Germanja ghal nahat ohra ta' l-Ewropa fejn kienu jitqassmu matul ir-recti tan-Nativita'.

Fatti ohra fuq il-Bastun taz-zokkor.

Meta il-bastun taz-zokkor taqilbu rashu 'l isfel, juri l-ittra J ghal Jesus (Gesu')

L-ewwel bastun taz-zokkor kien mahdum madwar 350 sena ilu.

L-ewwel riferenza ghal bastun tal-helu fl-Amerka jmur lura lejn is-sena 1847.  Immigrant Germaniz minn Wooster, Ohio zejjen is-sigra tal-Milied bih.

Ghall-habta tas-sena 1900 il-bastun taz-zokkor beda jinghata dehra bil-kuluri abjad u ahmar.

Ghalkemm fiz-zminijietna ghandu diversi toghmiet, originarjament it-toghma tieghu hija tal-minta.

Madwar 1.73 billjun bastun taz-zokkor jinhadmu kull sena.

L-akbar bastun taz-zokkor li qatt sar kien ta' 36 pied u sebgha pulzieri.

 

 

Make a free website with Yola