christmaspage

 

TBERIK TAD-DJAR FL-EPIFANIJA


Il-kelma Epifanija tfisser id-dehra tal-Mulej u din il-festa kienet iccelebrata sa mill-ewwel sekli tal-Kristjanezmu fis-6 ta’ Jannar. Fir-4 seklu din il-festa giet imsemmija bhala il-festa tat-Tre Re. Kienet ukoll maghrufa bhala t-tnax-il

 jum 

wara l-Milied. Kulhadd jaf il-grajja bibblika tat-Tre Re jew Slaten 

Magi. Dawn is-slaten ivjaggaw mill-Lvant bis-sahha ta’ Kewba li wriethom it-triq lejn Betlem biex hemm jaduraw lis-sultan tas-slaten tarbija.  Huma offrewlhu tlett rigal, deheb, incens u mirra.

Fil-Germanja u anke fl-Istati Uniti isir it-tberik tad-djar. Is-sacerdot iroxx il-bibien bl-ilma imbierek, u jikteb bil-gibs C, M, B flimkien mas-sena. L-inizjali C, M, B jfissru l-ewwel ittra ta’ l-ismijiet tas-Slaten Magi, Caspar, Melchior, u Baltassar.)  Tifsira ohra huwa l-fatt li dawn it-tlett ittri huma l-bidu tal-kliem Christus Mansionem Benedicat, frazi latina li tinghad waqt ic-ceremonja tat-tberik.

F’hafna partijiet mill-Ewropa din il-festa iggib fi tmiemhom il-festi tal-Milied.


Make a free website with Yola