christmaspage

 

SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED

 

KALENDARJI TAL-MILIED TAX-XEMA

 

 

Hafna familji Danizi jhobbu jghoddu l-granet sa ma jasal il-Milied. Huma jzommu kont tan-numru tal-granet li jkun jonqos ghall-Milied billi kuljum jixghelu xema maghrufa bhala x-xema tal-kalendarju tal-Milied.

Ma jonqsux ukoll li fid-dar taghhom jkollhom wkoll il-girlanda tal-Milied .

Ix-xema tal-kalendarju tal-Milied hija tradizzjoni Daniza li gejja mis-sena 1935, mahsuba biex issir gewwa d-dar mat-tfal. Fuq din ix-xema kienu jhozzu 24 sinjal biex ifissru l-jiem ta’ stennija ghall-festa tal-Milied. Imma mis-sena 1942 l-industrija ndahlet biex tahdem ix-xema fuq bazi kummercjali. Billi din ix-xema bdiet tinhadem b’mod kummercjali allura l-prezentazzjoni taghha kienet u hija wahda attraenti u sabiha, inzejna b’disinji u motiffi tal-Milied.

Wiehed isib diversi daqsijiet imzejna b’modi differenti; u ghalhekk il-prezz ivarja minn xema ghal ohra. Tinxtghel fl-ewwel jum ta’ Dicembru u titqieghed fuq centru fuq il-mejda ta’ l-ikel. Normalment huwa xoghol it-tfal li jitfu x-xema qabel ma l-fjamma tasal fil-jum ta’ wara.

Dak in-nhar li x-xema tkun waslet fil-qiegh, ikun lejliet il-Milied.

Make a free website with Yola