christmaspage

 

 

SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED 

 

KURZITAJIET FUQ IL-FESTA TAL-MILIED
 
 


1. Fi zmien il-medjuevu, matul il-Milied kienet tintlaghab loghba fejn wiehed mill-partecipanti kien ikollu ghajnejh mghottija filwaqt li kien ikollu jaqta’ minn tah id-daqqa. Din il-loghba baqghet tintlaghab sa l-era tar-regina Vittorja.

2."The Nutcracker" huwa l-isem ta’ ballet li jintwera’ kull sena fi zmien il-Milied. Hija bicca muzika komposta minn  Tchaikovsky.

3.
"Wassail" gejja mill-lingwa norvegiza antika  "ves heill"—li tfisser li tkun f’siktek jew f’sahhtek. Maz-zmien evolviet it-tradizzjoni li zzur lill-girien f’lejlet il-Milied u tixrob ghas-sahha taghhom. Din kienet xarba mahduma minn birra, krema, tuffieh mixwi, bajd, zokkor u hwawar ohra.  Kienet kun servuta minn skutella li kienet tingarr b’solennita’ fis-sala waqt li jitkanta xi innu tal-Milied. Imbaghad wara li jixtiequ awguri lil xulxin jixorbu u jiccelebraw.

4.Il-“Clubs tal-Milied” li nisimghu bihom meta jkun riesaq il-Milied huwa kont ta’ tifdil fejn persuna tfaddal somma ta’ flus kull xahar biex tintuza ghax-xiri matul il-festi tal-Milied. Din l-idea nibtet fis-sena 1905.  

5.Ikla tradizzjonali Ingliza fiz-zminijiet bikrin kienet ras ta’ hanzir imsajra u mhawra bil-mustarda. 

6.Wara “A Christmas Carol” Charles Dickens kiteb hafna stejjer ohra fuq il-Milied, imma ebda wahda ma kellha success daqs dik originali.

7.Alabama kien l-ewwel stat li irrikonoxxa il-Milied bhala vaganza ufficjali.  Din it-tradizjoni bdiet fis-sena 1836.

8. Il-jum tal-Gimgha u s-Sibt qabel il-Milied huwa l-aktar jumejn fis-sena li fihom isir kummerc.

9.Fis-sena 1969, il-biljunaru Amerikan Ross Perot ipprova jibghat bl-ajru 28 tunnellata ta’ medicini u rigali tal-Milied lis-suldati Amerikani prugunieri tal-gwerra fil-Vjetman ta’ fuq.

10.Is-sigra ufficjali nazzjonali tal-Milied gewwa l-Amerka tinstab fil-Park ta’ National King’s Canyon fil-Kalifornja.  Is-sigra hija wahda kbira imsejha “General Grant Tree” gholja 300 pied ( 30 metru) u ntghazlet bhala s-sigra ufficjali tal-Milied fis-sena 1925. Maghrufa bhala t-tieni l-akbar sigra fid-dinja, is-sigra giet moghtija isem fis-sena 1867 biex jibqa’ imfakkar Ulysses S. Grant, general  u t-18 il-presisent amerikan ta’ l-Istati Uniti (1869 – 1877).  Kien il-President Calvin Coolridge li pproklamaha s-Sigra Nazzjonali tal-Milied f’April, 28. 1926. F‘Marzu 29, 1956. Il-President Dwight D Eisenhower iddikjara s-sigra bhala Santwarju Nazzjonali, b’memorja ghal dawk li mietu fil-gwerra.

11.Brimba u ghanqbuta artificjali huma fost d-dekorazzjonijiet ghas-sigra tal-Milied gewwa l-Ukriana.  Meta wiehed isib ghanqbuta fil-Milied filghodu, dan ifisser fortuna ghaz-zmien li jkun gej.

12.Kalifornia, Oregon, Michigan, Washington, Wisconsin, Pennsylvania u n-naha ta’ fuq ta’ Karolina huma l-aktar stati li jipproduci sigar tal-Milied. Oregon huwa fil-quccata tal-lista billi fis-sena 1998 ipproduca 8,6 milljun wahda.

13.Sa mis-sena 1822. Il-kap ta’ l-ufficju tal-posta ta’ Washington DC kien imhasseb dwar il-kwantita’ ta’ posta fi zmien il-Milied. Din kienet tizdied minhabba l-kwantita’ kbira ta’ kartolini tal-Milied li kienu jibghatu n-nies minkejja li il-kartolini kummercjali kienu ghadhom ma qabdux l-art. In-nies kienu jaghmlu l-kartolini fi djarhom u jibghatuhom lil qrabathom.  Is-soluzzjoni li pprefera kienet li bil-ligi kull familja kienet ristretta kemm tibghat kartolini.  Minhabba din iz-zieda fil-posta, l-ufficju postali kien kostrett li jimpjega 16 il-pustieri iehor biex il-posta ma tibqghax lura fil-belt u titqassam fil-hin.

14.Ghal kull sigra naturali li tinqata’ jinzerghu flokha tnejn jew tlieta ohra.

15.Hemm zewg gzejjer jisimhom Christmas. Christmas Isand fl-Ocean Pacifiku li qabel kienu jafuh bl-isem ta’ Kiritimati u Christmas Island fl-Ocean Indjan li hija 52 mil kwadru.

16. L-incens huwa resina li tfuh derivata mis-sigar li kienu jikbru gewwa l-Arabja, l-Indja u l-Etiopja.  It-tradizzjoni tghid li kien Baltasar ir-re iswed mill-Etipoja li offra l-incens bhala rigal lit-tarbija Gesu’.  Fi zmien ir-Rumani n-negozju ta’ l-incens kien fl-eqqel tieghu ghax kien jintuza waqt ic-ceremonji taghhom.

 

Make a free website with Yola