christmaspage

 

SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED 

 

L-GHAR TAL-HALIB

 Ghar ckejken mhux ‘l boghod mill-pjazza tal-Maxtura gewwa Betlem huwa maghruf bhala l-Ghar tal-Halib. Fuq dan il-ghar hemm kappella fragiskana mibnija bhala tifkira tal-waqfa li skond it-tradizzjoni s-Sagra Familja ghamlet gewwa dan l-ghar waqt il-harba taghha lejn l-Egittu. It-Tradizzjoni tghid ukoll li waqt li Marija kienet qed tredda' lil Binha Gesu' qatra halib waqghet fl-art u l-blat sar abajd.

Dan il-ghar huwa mhaffer b'mod irregolari gewwa blat abjad u artab. Knisja mbniet hawn fis-seklu 5 u xi fdalijiet ta' disinn tal-muzajk huma mahsuba li gejjin minn dan iz-zmien. Kemm l-insara u l-musulmani jemmnu li t-trab minn dan il-ghar jghin il-fertilita' ta' l-omm. Ommijiet hafna drabi jhalltu t-trab mibrux minn dan l-ghar fl-ilma tax-xorb biex ikollohom it-tfal.

Tradizzjoni antika hafna tidentifika dan is-sit bhala l-lok fejn huma midfuna il-vittmi innocenti li qatel Erodi. Il-filliri ta' ittri u ritratti ta' trabi huma xiehda li l-Ghar tal-Halib gewwa Betlem huwa aktar minn pellegrinagg ghall-koppi li jixtiequ t-tfal. Hija xiehda ta' fidi hajja fil-Mulej. Kull minn jemmen f'Alla, insara u m'humiex, jersaq Lejh f'dan is-Santwarju u jippresentalu l-problema tieghu b'fidi hajja . Kull denominazzjoni ta' fidi ghandha l-forma tat-talb taghha rigward l-uzu tat-trab imma skond it-tradizzjoni kattolika kemm il-mara kif ukoll zewgha iridu jixorbu x-xarba mhallta bi ftit trab ghal disat ijiem u jirrecitaw it-talba tat-tielet misteru tal-ferh tar-Ruzarju. Xi genituri gabu maghhom lil uliedhom biex jizzukhajr lil Alla talli tahom il-grazzja li jkollhom it-tfal.

Dan il-ghar ghandu madwar 2000 sena u l-ewlenin nsara gew hawn biex jitolbu imma kien fis-sena bejn wiehed u iehor 385 li l-ewwel struttura giet mibnija bhala tifkira. Fil-ghar wiehed jista' jara diversi toqob li matul is-snin in-nies girfu biex jiehdu maghhom it-trab u jikkunsmawh max-xorb biex inisslu ulied. Fis-sena 2006 saret renovazzjoni tal-post u tnaddaf mill-gmied tax-xema u lampi taz-zejt li matul is-snin kienu jinxtghelu go l-ghar. Is-sorijiet sagramentini jaghmlu adorazzjoni kontinwa l-jum kollu quddiem Gesu' Sagrament espost fuq l-artal wara tieqa tal-hgieg li tisseparhom mill-bqija tas-santwarju.

 

 

 

 

Make a free website with Yola