christmaspage

 

 

 SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED 

L-GHOTI TA’ RIGALI FIL-MILIED.

Il-Milied hija festa sabiha u wiehed tassew jistghageb meta jara li dawn l-ahhar 2000 sena din il- grajja unika u kbira li tigi celebrata madwar id-dinja kollha baqghet tigi mharsa.

Ghandna diversi grajjiet fl-istorja li juru li l-bdil ta’ rigali fil-Milied jmur lura lejn ir-4 seklu. San Nikola, isqof nisrani, kien maghruf ghall-generosita’ tieghu meta kien jaghti rigali lit-tfal xejn ixxurtjati billi xtaq li dawn jibqghu jiftakru fit-tfulija taghhom b’mod posittiv. L-aktar rigali komuni kienu helu u ikel m

 

aghmul fid-djar, laring u rigali utli ghad-dar. Malajr din l-uzanza xterdet madwar id-dinja mit-Turkija fejn kellha l-origini taghha u qabel l-10 seklu diga kienet komuni fil-pajjizi kollha tad-dinja.

Hafna jahsbu li din it-tradizzjoni tar-rigali fil-Milied bdiet mill-grajja tat-tlett reijiet Ii offrew ir-rigali taghhom lil Gesu’ tarbija – id-deheb, l-incens u l-mirra.

Irridu niftakru li ghall-bidu r-religjon kattolika, l-ahbar it-tajba ta’ Kristu kienet ippersegwitatha u min kien jinqabad iharisha kien ikkastigat hafna drabi permezz tal-mewt.

Kellu jkun Kostantinu I li ta l-liberta’ lill-knisja ta’ Kristu fis-sena 313 AD li tipprattika l-fidi u t-twemmin taghha fil-berah minghajr xkiel hekk li sas-sena 380 AD il-knisja ta’ Kristu xterdet ma’ l-imperu ruman kollu. Hafna fatturi u prattici storici kkontribwew ghall-grajja tal-Milied kif nafuha l-lum. Per ezempju xi uzanzi li ghandna l-lum gejjin minn sorsi mhux insara.

L-enciklopedia amerikana tispjega: “Hafna mill-uzanzi li fi zminijiet huma assocjati mal-Milied ma kienu xejn uzanzi tal-Milied originali, imma kienu uzanzi ta’ qabel il-kristjanita’ jew pagani, li l-knisja addottathom u tathom sura religjuza. Per ezempju Saturnalia kienet festa rumana celebrata f’nofs Dicembru fejn kienu jsiru bosta attivita’ ta’ xalar, li matulhom kienu jinqabzu l-linji tad-decenza. Minn din ic-celebrazzjoni ttihdet l-uzanza li nixghelu x-xema u naghtu r-rigali wiehed lil iehor, kif kienu jsiru f’dawk iz-zminijiet.

Is-Santi Padri tal-knisja quddiem dan il-paganezmu kollu ma riedux jaghmlu kompromessi. Billi d-data tat-twelid tal-Messija ma kienitx maghrufa, il-knisja addottat dan iz-zmiem ta’ festi pagani biex iddahhlu minflokhom it-twelid tax-Xemx tad-Dinja, Gesu’ Kristu.

Bl-istess mod il-festa ta’ Kalendi (il-festa ta’ sena gdida) kienu jaghtu rigali lil xulxin giet sostitwita bil-festa ta’ l-Epifanija dak li kien isehh f’din il-festa pagana beda’ isehh fil-festa tat-Tre Re b’libsa religjuza.

Make a free website with Yola