christmaspage

 

SENSIELA TA' ARTIKOLETTI FUQ HWEJJEG LI GHANDHOM X'JAQSMU MAL-MILIED 

 

 IL-" MINCE PIES"

 

 Wiehed mill-helu l-aktar popolari fi zmien il-Milied huma l-"Mince Pies" li bhala ingredjenti kellhom varjeta' ta' laham kif ukoll frott u hwawar.

Il-Mince Pies jew torti tal-Milied kienu ferm akbar minn dawk tal-lum. Jinghad li torta simili kellha fost l-ingredjenti: fenek, dundjan, zewg hamimiet, zewg dundjani kif ukoll bajd, faqqieh u hwawar. Gie li kien hemm drabi meta din it-torta kienet tizen madwar 200 libbra.

Dawn it-torti kienu normalment tawwalin jew kwadri fil-forma. Kienu wkoll jsejhulhom torti tal-maxtura ghaliex hafna drabi kellhom forma ta' maxtura. Dawn kienu projbiti fi zmien Oliver Cromwell bhalma kien il-Milied f'nofs is-17 il-seklu. Kien ksur tal-ligi jekk dawn it-torti kien ikollhom fil-wicc ix-xbiha ta' Gesu' Bambin. Meta Karlu II ha mill-gdid it-tron fis-sena 1660 dawn it-torti hadu forma tonda u x-xbiha ta' l-ghagina ta' Gesu' ghabet ghal kollox mit-tradizzjoni. Dawn saru maghrufa bhala "Mince Pies" u kien ikollhom bhala ingredjenti l-istess bhala tal-lum.

Aktar ma ghadda zmien aktar dawn it-torta saru zghar. Isem iehor ghalihom huwa dak maghrufa bhala t-torti tal-vjaggaturi ghaliex kienu jinghataw lill-visitaturi fi zmien il-Milied. Jinghad li jgib il-fortuna fuqu tul is-sena li tkun riesqa, min jiekol 12 il-mince pies minn tnax -il dar differenti matul t-tna-il jum tal-Milied
  



 

Make a free website with Yola