christmaspage

 

 

TRADIZZJONIJIET TA’ L-EPIFANIJA

Il-festa tat-Tre Re hija celebrata f’diversi partijiet mad-dinja u timmarka l-grajja meta s-Slaten Magi wasslu r-rigali taghhom lit-Tarbija Gesu’ wara li huma adurawh.

Bosta kommunitajiet spanjoli fl-Amerka jiccelebraw il-festa tat-Tre Re bi tradizzjonijiet differenti u jkunu jinkludu parati u wirjiet.

Dan hu hobz li tradizzjonalment ikun mohmi forma ta’ kuruna rjali, maghruf bhala l-hobz tar-rejiet jew bl-ispanjol Rosca de Reyes.  Dan il-hobz helu, meta jkun qed jinhadem, jitfghulu figura tal-bambin Gesu’ u dak li jsib ix-xbiha fil-bicca tieghu, ikun jehtiglu li jipprepara l-helu maghruf bhala tamales fil-jum tal-Prezentazzjoni tal-Mulej li hu iccelebrat fit-2 ta’ Frar, maghruf bhala Jum il-Kandlora jew Jum ix-Xemghat.

Fil-Belt tal-Messiku, ghamlu mejda twila mil li fuqha qieghdu ghall-konsum tan-nies il-Hobz tar-Rejiet (Rosca de Reyes).  Ghal din l-attivita’ ippartecipaw ‘l fuq minn 200,000 ruh fil-pjazza Zocalo.

Il-Hobza kellha cirkonferenza ta’ 1900 metri u kienet tizen 10 tunellati metrici.


 

Tfal ihallu z-zraben taghhom barra l-bibien tad-dar taghhom bit-tama li t-Tlett Rejiet meta jghaddu mit-triq taghhom ihallulhom xi rigali.

Aktar ma jkun kbir iz-zarbun aktar it-tama taghhom tkun, li r-rigal ikun kbir.


 Hafna familja spanjoli normalment jiccelebraw din il-festa tat-Tre Re b’ikla kbira u tajba. Fl-ahhar ta’ l-ikla jispiccaw bil- Rosca de Reyes bhala dezerta. Xi drabi t-tfal jilbsu kuruni tal-karti fuq rashom biex jissimboleggjaw lir-rejiet inkurunati


Make a free website with Yola